Saturday, December 21, 2024

€5,279,000 miġbura waqt L-Istrina

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għal darba oħra l-poplu Malti u Għawdxi kollu ngħaqad biex ġabar is-somma sabiħa ta’ €5,279,000 f’L-Istrina.

Fost ċelebrazzjonijiet kbar, dawk preżenti offrew serata ta’ brijju, kant, mużika, ċajt u aktar hekk kif l-ammont tal-flus miġburin beda jaqleb minn miljun għall-ieħor.

Spikkat l-għaqda fejn b’għan wieħed, saħansitra membri parlamentari miż-żewġ partiti l-kbar nġabru biex filwaqt li jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom, jieħdu l-opportunità biex iwieġbu t-telefonati.

Il-General Workers’ Union kienet fost dawk li ppreżentaw id-donazzjonijiet tagħhom għal din il-kawża ġusta.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja flimkien mad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri u l-President tal-GWU Victor Carachi preżentaw is-somma ta’ €2,000 b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Ekonomija

Sport