Monday, May 13, 2024

Premier League Ingliż: Manchester United idawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Daniż, Rasmus Hojlund, skorja l-ewwel goal tiegħu fil-Premier League hekk kif Manchester United irkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 3-2.  

Fl-ewwel logħba tal-United minn meta Jim Ratcliffe akkwista 25% sehem tal-club, dehru li kienu resqin lejn telfa oħra f’darhom wara dik ta’ 3-0 kontra Bournemouth. Iżda fit-tieni taqsima huma kienu trasformati biex skorjaw tliet goals mingħajr risposta. 

Wara li John McGinn (21) u Leander Dendoncker (26) taw vantaġġ mistħoqq lill-Villans, ir-Red Devils kellhom ideat oħra grazzi għal doppjetta ta’ Alejandro Garnacho (59, 71) u Rasmus Hojlund (81) li skorja l-goal tar-rebħa.  

Sport