Tuesday, May 14, 2024

Eadshot Josselyn bir-raba’ rebħa nfila fit-Tazza tal-President

Kenneth Vella

Aqra wkoll

F’idejn Rodney Gatt, Eadshot Josselyn rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mit-52 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott, laqgħa li nkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m.

Tnax -il żiemel ipparteċipaw fil-finali tal-klassi Premier li din is-sena ġiet organizzata grazzi għall-appoġġ tal-awtorita’ EquestriMalta. Jefferson Dotcom (Ludvic Ghigo) kien l-aktar żiemel veloċi wara li ngħata l-bidu uffiċjali ta’ din il-finali. Minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Sir QC (Paul Galea) u Eadshot Josselyn (Rodney Gatt). F’nofs id-distanza kien iż-żiemel ta’ Gatt li mar quddiem u baqa’ jżomm il-kmand sal-linja finali, anki wara li saħansitra kkontrolla l-avvanz ta’ Djembe Du Pont (Jesmar Gafa’) fl-aħħar metri. Ellington Dream (Charles Camilleri) temm it-t-tielet minn Sir Q.C u Dandy De Godrel (Julian Farrugia). 

Fi tmiem din il-finali, il-President ta’ Malta George Vella, ippremja lil Shawn Farrugia u Rodney Gatt, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Ta’ min wieħed jinnota li din kienet il-ħames rebħa ta’ Rodney Gatt fit-Tazza tal-President. Iż-żiemel rebbieħ kellu medja ta’ 1.13.7” fil-kilometru. 

Fl-uniku tiġrija normali tal-klassi Premier, Brage Hindo misjuq mill-veteran Għawdxi Julian Farrugia, żied il-pass fuq in-naħħa ta’ barra 500m mit-tmiem. Dan qasam il-linja finali l-ewwel madankollu safa’ skwalifikat biex ir-rebħa ngħatat lil Charming Soldier (Paul Galea) li rreġistra s-sitt rebħa tas-sena. Dan minn Pablo Andover (Daniel Ħili), Aros Line (Marvic Bugeja) u Catherine’s Chevy (Jesmar Gafa’). 

Llama Tooma (Jason Vassallo) akkwista t-tieni rebħa f’Malta fl-ewwel tiġrija Gold wara li għadda lil Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras) eżatt fuq il-linja finali, filwaqt li fit-tieni waħda d-debuttant Taljan Akela Play (Clint Vassallo) ħa l-ewwel rebħa fi gżiritna wara li kien il-ħin kollu quddiem. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Greatandeasy C.C. (J. Cassar) Ħin – 3.32.4” (1.20.5”) 2. Likearollingstone (R. Gatt) 3. Vasterbo Brazilia (T. Demanuele) 4. Mundus L.N. (J. Zahra) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 3.23.7” (1.17.1”) 2. Lajos Euro (P. Galea) 3. Just Be Proud (J. Gafa’) 4. Queenswood (C. Calleja) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. I.D. Dig Deeper (C. Farrugia) Ħin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Secret Avenue (M. Fenech) 3. Irrawaddy (R. Gatt) 4. Jadore Sugar (D. Cortis) 

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Llama Tooma (J. Vassallo) Ħin – 3.21.5” (1.16.3”) 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Carhu (R. Magro) 4. Zio Tom Jet (C. Camilleri) 

V Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Charming Soldier (P. Galea) Ħin – 3.22.4” (1.16.7”) 2. Pablo Andover (D. Ħili) 3. Aros Line (M. Bugeja) 4. Catherine’s Chevy (J. Gafa’) 

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1.  Joyus (P. Galea) Ħin – 3.25.7” (1.17.9”) 2. Digital Life (R. Gatt) 3. Coutinho (R. Scicluna) 4. Khali Magdalon (Ch. Gauci)

VII Tiġrija. Finali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Eadshot Josselyn (R. Gatt) Ħin – 2.37.7” (1.13.7”) 2. Djembe Du Pont (J. Gafa’) 3. Ellington Dream (C. Camilleri) 4. Sir Q.C. (P. Galea) 5. Dandy De Godrel (J. Farrugia) 

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Edson Boko (J. Gafa’) Ħin – 3.27” (1.18.4”) 2. New Moon Pellini (C. Magro) 3. Hitthebar (C. Camilleri) 4. Star’s Fighter (L. Ghigo)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Akela Play (C. Vassallo) Ħin – 3.20.8” (1.16.1”) 2. Bara Min (C. Gauci) 3. Liam Dana (P. Galea) 4. Zenny Cup (C. Camilleri) 

Sport