Tuesday, April 30, 2024

Sirens jiksbu t-tieni rebħa tal-istaġun

Aqra wkoll

Marsaxlokk … 1

Sirens … 2

F’partita li laħqet l-aspettattiva fit-tieni taqsima, Sirens għelbu l-isfida ta’ Marsaxlokk bl-iskor ta’ 2-1 biex irreġistraw it-tieni rebħa tal-istaġun.  

Kien biss fit-22 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Sirens ikunu huma li joħolqu l-periklu meta minn freekick ta’ Vyctor Paulo Bento, il-ballun spiċċa għand Gabriel Fernandes Ventura li kellu x-xutt tiegħu jintemm barra.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-43 minuta Bento avvanza tajjeb, għadda lejn Jacob Walker, li iżda ma kkontrollax tajjeb il-ballun, bid-difiża ta’ Marsaxlokk tkun pronta u tikklerja l-ballun ‘il boghod minn kull periklu.

Ritratt: Walter Sargent

Marasxlokk wieġbu għall-ewwel darba żewġ minuti biss wara eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Ayrton Attard ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Sirens, Matthew Grech.

Sirens fetħu l-iskor fit-62 minuta meta wara li rċieva minn cross tajjeb ta’ Degran Jackson, VYCTOR PAULO BENTO li kellu partita mill-aqwa kellu xutt minn ġol-kaxxa li ntemm ġewwa.

Huma komplew jiddewttaw il-logħob u fil-75 minuta rduppjaw l-iskor meta REI TACHIKAWA venven xutt minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak.

Ħames minuti wara Sirens qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħhu b’10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer Kei Sano wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.

Ritratt: Walter Sargent

Marsaxlokk bdew japprofittaw mill-fatt li bdew jilagħbu bi player iktar, u fil-85 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ freekick, OSCAR CARNIELLO, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu minn taħt il-lasta tintemm ġewwa.

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 7-Ayrton Attard, 9-Kristijan Keqi, 14-Walter Omar Serrano (11-Alfred Effiong 8), 17-Peter Xuereb, 24-Juan Cruz Aguillar, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 37-Fabian Santiago Moracci, 88-Dejan Vukovic (19-Emerson Vella 46), 96-Daniel Agius (77-Wellington Valentim De Sousa 18) Coach: Pablo Doffo

Sirens: 24-Matthew Grech, 3-Gary Camilleri, 6-Marcelo Muniz Perreira, 7-Kei Sano, 8-Rei Tachikawa, 17-Jacob Walker (26-Siraj Eddin Arab 85), 22-Alex Cini, 25-Vyctor Paulo Bento, 27-Ivan Kolev (19-Miguel Maggi 92), 30-Gabriel Ventura Fernandes (4-Weder Soares Da Silva 46), 31-Degran Jackson (38-Stephane Sessegnon 73) Coach: Winston Muscat

Referee: Darryl Agius

Ass. Referees: Duncan Sultana, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

Skorers: V. Paulo Bento 62, R. Tachikawa 74 (S), O. Carniello 85 (M)

Tkeċċa: K. Sano 80 (S) 

Ammoniti: K. Sano (2), I. Kolev, S. Sessegnon (S), J. Cruz Aguillar, O. Carniello, S. F. Moracci, A. Effiong (M)

Player tal-Logħba: Vyctor Paulo Bento (M)

Sport