Ebda maltemp estrem mhu previst skont din il- paġna u skont il-mudell meterjologiku tagħna għal tmiem il-ġimgħa. Pero dejjem nirrispettaw kull tbassir ieħor.
Dan kien il-messaġġ li wassal Gordon Grech permezz tas-sit Aġġornament tat-Temp, wieħed mill-aqwa bassara tat-temp fil-gżejjer Maltin. Grech spjega li t-temp għal-lum mistenni jkun ftit imsaħħab b’riħ Forza 4 punent majjistru li jitqawwa forza 5 mal- jum u li l-possibilità ta’ ftit xita hi possibbli.
Rigward għada l-Ħadd, Grech qalilna li għandna possibilità tax-xita speċjalment filgħodu sa kmieni wara nofsinhar. Ir-riħ mistenni jkun Forza 7 sa kmieni filgħodu li jnaqqas għal forza 6 mas sebħ mill-Majjistral li jdur punent filgħaxija Forza 5 għal 6.