Tuesday, September 8, 2026
Home Sport US Open: Aryna Sabalenka tirkupra minn żvantaġġ … u telgħeb lil Linda...

US Open: Aryna Sabalenka tirkupra minn żvantaġġ … u telgħeb lil Linda Noskova

0
52

Aryna Sabalenka għaddiet għas-semi-finali tal-US Open wara li għelbet lil Linda Noskova fi tliet sets f’logħba mimlija tensjoni. 

Iċ-champion renjanti darbtejn kienet f’riskju li titlef it-titlu wara li fit-tielet set sabet ruħha 4-2 minn taħt, u fit-tie-break kienet 2-0. Madankollu, il-Belarussa wriet karattru qawwi, rebħet tliet logħbiet konsekuttivi u eventwalment għelbet lill-avversarja tagħha fi ftit inqas minn sagħtejn u nofs.

Din kienet id-19-il rebħa konsekuttiva ta’ Sabalenka fil-US Open, hekk kif ma tilfet l-ebda logħba f’dan it-tournament mill-finali tal-2023. B’hekk saret ukoll l-ewwel mara minn Serena Williams fl-2016 li laħqet sitt semi-finali konsekuttivi fi Flushing Meadows.

Ir-rebħa żammitilha temporanjament il-pożizzjoni ta’ numru wieħed fid-dinja, għalkemm tista’ titlifha kontra Elena Rybakina. Sabalenka issa se tiffaċċja lil Jessica Pegula jew lil Emma Navarro fis-semi-finali, hekk kif qed timmira li tilgħab ir-raba’ finali konsekuttiva tagħha tal-US Open.

Noskova, li kienet rebħet 11-il logħba konsekuttiva fil-Grand Slam, spiċċat eliminata minkejja prestazzjoni impressjonanti u numru akbar ta’ winners.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here