Tuesday, September 8, 2026
Home Sport UEFA Champions Lge: Arsenal se jiġu dixxiplinati mill-UEFA?

UEFA Champions Lge: Arsenal se jiġu dixxiplinati mill-UEFA?

0
45

Arsenal kellhom bidu problematiku għall-avventura tagħhom fil-UEFA Champions League, saħansitra qabel ma ntlagħbet l-ewwel logħba, minħabba problemi kbar fis-sistemi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru fir-Renju Unit. 

Dawn il-problemi kkawżaw kanċellazzjonijiet u dewmien f’diversi ajruporti, fosthom Heathrow, Gatwick u Stansted, u affettwaw ukoll il-vjaġġ tal-iskwadra tal-Gunners lejn Napli.

Minħabba d-dewmien fit-titjira, il-konferenza stampa ta’ Mikel Arteta, li kellha ssir it-Tlieta filgħaxija, ġiet posposta. 

Arsenal kellhom jaslu fin-Nofsinhar tal-Italja għall-ħabta tad-9:30 pm, filwaqt li skont ir-regoli tal-UEFA l-coaches normalment iridu jkunu disponibbli għall-media qabel il-logħbiet. Madankollu, għadu mhux magħruf jekk il-club hux se jkun ikkastigat minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji.

Il-problemi tat-traffiku tal-ajru wasslu għall-kanċellazzjoni ta’ kważi 300 titjira madwar il-pajjiż. L-awtoritajiet qalu li sabu soluzzjoni teknika, filwaqt li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ attakk ċibernetiku.

Fuq nota pożittiva, Jurrien Timber ivvjaġġa mal-iskwadra wara li rkupra minn operazzjoni fil-groin. Arsenal se jiffaċċjaw lil Napoli, li għandhom fosthom Kevin De Bruyne u Rasmus Hojlund, filwaqt li Scott McTominay se jkun nieqes.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here