Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich Max Eberl ċaħad li se jkunu qed iġibu attakkant ieħor biex ikun ta’ spalla għal dak ewlieni Harry Kane. Minkejja li Eberl qal li għandhom bżonn skorer prolifiku bħal l-attakkant internazzjonali Ingliż iżda ammetta li jrid iżomm il-bilanċ tal-klabb ferm tajjeb.
Kane s’isssa impressjona mat-tim mill-Bavarja fejn deher 44 darba u skorja 50 gowl.