Friday, May 3, 2024

Ed Sheeran f’kollaborazzjoni biex jinġabru flus għall-poplu Ukren

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-grupp mużikali Ukren Antytila ngħaqdu mal-kantant Ed Sheeran sabiex jipproduċu kollaborazzjoni li parti minnha hija miġbuda direttament waqt li kienu qegħdin iservu lil pajjiżhom kontra l-invażjoni Russa.

Antytila huma wieħed mill-aktar grupp mużikali rinomat fl-Ukrajna, iżda waqfu jaħdmu fix-xena minħabba li ngħaqdu fil-militar.

Il-qliegħ kollu li se jkun qiegħed isir se jkun qiegħed jgħaddi direttament biex jgħin persuni fl-Ukrajna.

Il-kantant Taras Topolya f’kummenti lill-midja qal li Ed iħoss l-uġigħ tal-Ukreni u li għandu kompassjoni kbira lejn il-poplu li għaddej minn din is-sofferenza. Rigward il-lirika, huwa żied jgħid li din inkitbet waqt li kien qiegħed iservi bħala mediku f’Borodyanka.

Huwa spjega kif l-iffilmjar għal dan il-filmat kien bħal ħolma li nessiethom fejn kienu għal ftit minuti nesew għal kollox dak li kienu għaddejjin minnu u kantaw.

“Ed Sheeran, it-tim tiegħu u oħrajn jifhmu li għandna bżonn l-għajnuna u s-sapport biex ngħixu u nirbħu din il-gwerra. Għal dan inħossni verament grat”, temm jgħid Topolya.

YouTube video

Sport