Saturday, May 18, 2024

Edafe Christopher Uzeh jingħaqa ma’ Marsaxlokk

Aqra wkoll

Marsaxlokk komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom bl-akkwist ta’ Edafe Christopher Uzeh wara li qablu dwar kuntratt ta’ sentejn.

Il-midfielder ta’ 34 sena imwieled fin-Niġerja ilu jilgħab f’Malta għal dawn l-aħħar 16-il sena fejn lagħab ma’ Valletta, Hibernians, Naxxar Lions, Qormi, St. Andrews, Fgura United, Siggiewi, St. George’s, Xewkija Tigers u Santa Lucia. Għal dawn l-aħħar sentejn, kien parti mill-iskwadra ta’ Hibernians.

Ix-Xlukkajri qabel kienu ffirmaw lil Timothy Tabone Desira, Leandro Aguirre, Conor Borg, Dale Mifsud u Ryan Tonna.

Sport