Saturday, May 4, 2024

Iweġġa’ gravi wara li nqabditlu idu f’makkinarju ta’ Scammell fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:15 p.m kien involut f’inċident fi Triq Dawret it-Tunnara, il-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ħaddiem mill-Mali ta’ 28 sena kien qabad idu fil-makkinarju waqt li kien qiegħed iħaddem scammell.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku fil-post sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Sport