Wednesday, April 24, 2024

Rabti jweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dun Karm Psaila f’Ħaż-Żebbuġ.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 44 sena residenti r-Rabat kien tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Suzuki AN400, u waqa’.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fil-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport