L-attakkant ta’ Real Madrid, Eden Hazard ċaħad kull spekulazzjoni li mhux kuntent fil-kapitali Spanjola.
L-ex player ta’ Chelsea tħabat biex iħalli impatt pożittiv f’sentejn milquta minn injuries fil-Bernabeu iżda kien assigurat li kien fil-pjanijiet ta’ Carlo Ancelotti għall-istaġun il-ġdid.
Madankollu, qamet spekulazzjoni li jista’ jirritorna fil-Premier League, għalkemm Hazard issa insista li huwa “kuntent ħafna” ma’ Real Madrid.
Meta tkellem mal-ġurnalisti f’konferenza stampa, il-player ta’ 30 sena qal: “Mhux veru li m’iniex kuntent ma’ Real Madrid. Anzi, inħossni kuntent ħafna – player ikun dejjem kuntent meta jkun qed jilgħab.
“Ma lgħabtx ħafna, u lanqas skurjajt, imma dan ma jinfluwenzax l-imħabba li għandi għall-club. Jien kuntent ħafna fil-belt ta’ Madrid. Is-sitwazzjoni ġiet ikkumplikata mill-COVID u l-injuries, imma jien ninsab kuntenta.”
Hazard beda tnejn mit-tliet logħbiet tal-La Liga ta’ Real fl-istaġun 2021-22 s’issa u lagħab 74 minuta fir-rebħa ta’ 5-2 tal-Belġju f’partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Estonja nhar il-Ħamis.