Tuesday, December 24, 2024

Eden Hazard jirtira mill-karriera tal-football

Aqra wkoll

L-eks winger ta’ Chelsea, Eden Hazard, ħabbar li rtira mill-football wara li ħalla lil Real Madrid fi tmiem l-istaġun li għadda.

Hazard, li għandu 32 sena, ingħaqad ma’ Real mingħand Chelsea fl-2019 għal £89 miljun, iżda lagħab biss 54 logħba tal-kampjonat għall-ġganti Spanjoli.

Huwa rebaħ żewġ titli tal-Premier League matul iż-żmien tiegħu fi Stamford Bridge.

“Int trid tisma’ lilek innifsek u tgħid ieqaf fil-ħin it-tajjeb,” qal Hazard, li ilu aġent ħieles minn meta ġie tterminat il-kuntratt tiegħu f’Ġunju.

“Wara 16-il sena u aktar minn 700 partita milgħuba, iddeċidejt li ntemm il-karriera tiegħi bħala player professjonali.”

Il-Belġjan kien diġà rtira mill-football internazzjonali f’Diċembru li għadda wara li kien parti mill-iskwadra li ġiet eliminata mit-Tazza tad-Dinja tal-2022 waqt il-fażi tal-gruppi.

Ma’ Real Madrid, Hazard rebaħ iċ-Champions League, Tazza tad-Dinja tal-Clubs, is-Super Cup Ewropea, żewġ titli ta’ La Liga, darba l-Copa del Rey u żewġ Super Cups Spanjoli. Iżda ż-żmien tiegħu fi Spanja huwa meqjus b’mod ġenerali bħala diżappuntanti – huwa skorja biss 7 goals f’76 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Hazard beda l-karriera tiegħu mal-club Franċiż, Lille, fejn skorja 50 gool f’149 dehra u għen lill-club  jirbaħ doppjetta domestika bil-Kampjonat u t-Tazza Franċiż, fl-2010-11. 

Fis-sajf 2012, huwa ngħaqad ma’ Chelsea għal £32 miljun fejn magħhom lagħab 352 partita li fihom skorja 110 goals. Magħhom rebaħ il-UEFA Europa League. 

Ekonomija

Sport