Saturday, September 12, 2026
Home Sport Eks attakkant ta’ Manchester United jinsab taħt proċeduri dixxiplinarji mill-CONMEBOL

Eks attakkant ta’ Manchester United jinsab taħt proċeduri dixxiplinarji mill-CONMEBOL

0
51

Memphis Depay, l-eks attakkant ta’ Manchester United, jinsab taħt proċeduri dixxiplinarji mill-CONMEBOL wara ġest offensiv lejn il-partitarji ta’ Estudiantes. Depay, li llum jilgħab ma’ Corinthians fil-Brażil, għamel il-ġest waqt l-ewwel leg tal-kwarti-finali tal-Copa Libertadores fl-Arġentina.

Il-partita spiċċat 1-1, b’Estudiantes jiskorjaw l-ewwel permezz ta’ Alexis Castro, qabel Kaio Cesar kiseb id-draw għal Corinthians fit-tieni taqsima. Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-goal, Depay dar lejn il-partitarji ta’ Estudiantes u għollielhom is-saba’ tan-nofs. Il-partitarji wieġbu b’tgħajjir u oġġetti li ntefgħu lejn il-ground. Depay imbagħad ilmenta mar-referee li twaddab  oġġett lejh.

Estudiantes ressqu ilment uffiċjali quddiem il-CONMEBOL dwar il-ġest, filwaqt li Corinthians qed jiddefendu lill-player tagħhom. Il-club Brażiljan jemmen li Depay se jkun disponibbli għat-tieni leg fis-16 ta’ Settembru, peress li l-iskadenza biex jippreżenta d-difiża tiegħu hija fis-17 ta’ Settembru.

 Għalhekk, kwalunkwe sospensjoni tkun applikata biss wara d-deċiżjoni dixxiplinarja, u tista’ taffettwa logħbiet futuri.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here