Monday, May 20, 2024

Edgar Degabriele jirbaħ il-premju tal-Izibet l-Aħjar Coach tat-Tieni Round Amateur League

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Senglea Athletic Edgar Degabriele rebaħ il-premju tal-Izibet tal-Aħjar Coach tat-Tieni Round Amateur League.

Ix-xahar ta’ Marzu kien partikolarment sinjifikanti għal Degabriele biex reġa’ rebaħ dan il-premju, hekk kif it-tim tiegħu Senglea Athletic rebaħ darbtejn u ġab draw l-ieħor, u b’hekk bla telfa mexxa wkoll lit-tim tiegħu għall-punti aktar siewja li fl-aħħar fissru promozzjoni lura u bħala Champions għaċ-Challenge League.

Rebħa ta’ 3-1 fuq Birżebbuga San Pietru mbagħad ġiet segwita b’suċċess ta’ 2-0 fuq Qormi, u għalkemm ma setgħux jiksbu r-rebħa, fl-istess xahar ta’ Marzu t-tim tal-Kottonera żamm ukoll clean sheet fi draw ta’ 0-0 kontra l-istess tim b’saħħtu fid-diviżjoni l-istaġun li għadda, Żabbar St. Patrick.

F’April, Edgar Degabriele mexxa wkoll lil Senglea Athletic biex ġie inkurunat Champion Nazzjonali tal-Amateur League wara rebħa ta’ 2-0 fid Decider tal-Kampjonat fuq Msida St Joseph. din kienet segwita mir-rebħ tas-Super Cup tan-National Amateur League wara rebħa minima ta’ 1-0 fuq Ħaż-Żabbar SP.

Sport