Thursday, May 9, 2024

Jiġġarraf bini ta’ 13-il sular fl-Eġittu … numru kbir ta’ persuni huma midfuna taħt it-tifrik

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Aħbar li ma tawgura xejn tajjeb għall-istaġun ta’ turiżmu fl-Eġittu hija dik tat-tiġrif ta’ bini għoli 13-il sular. F’dan l-inċident ikrah huwa rrapportat li hemm numru kbir ta’ persuni li kienu fuq il-post għal vaganza, mirduma taħt it-tifrik. Dan il-bini jinsab fil-belt turistika popolari ta’ Alexandria u n-numru eżatt tal-persuni maqbuda taħt il-ġebel għadu mhuwiex magħruf.

Fuq il-post marru immedjatament uffiċjali tas-salvataġġ bit-tama biex f’ġirja kontra l-ħin, isibu u jsalvaw il-vittmi ta’ dan l-inċident deskritt bħala wieħed “katastrofiku”. Il-ħidma bdiet bit-tneħħija tal-ġebel imfarrak minn fuq is-sit.

Rapport mill-pulizija tal-post li ngħata lill-midja lokali juri li dan it-tiġrif seħħ minħabba li kien hemm “qasma vertikali” fl-integrità tal-istruttura tal-bini.

Sadanittant l-isptarijiet kollha fl-inħawi huma ppreparati biex jikkuraw persuni li jistgħu jinstabu ħajja minn dan l-inċident.

Sport