L-attakkant ta’ Manchester United, Edinson Cavani qed jipprepara biex jirritorna fl-Amerika t’Isfel fis-sajf li ġej meta jiskadi l-kuntratt tiegħu f’Old Trafford.
Il-player ta’ 34 sena wera li kien iffirmar ta’ suċċess mir-Red Devils, fejn skorja 18-il darba f’47 dehra għall-club minn meta ngħaqad magħhom bi free transfer f’Ottubru 2020.
Cavani inizjalment kellu jħalli lil Man United aktar kmieni din is-sena iżda fl-aħħar mill-aħħar iffirma estensjoni tal-kuntratt biex iżommu mar-Red Devils sa Ġunju li ġej.
Għadd ta’ clubs mill-Amerika t’Isfel qed ifasslu mossi għall-internazzjonali tal-Urugwaj, li jrid ikun eqreb lejn pajjiżu.
Il-clubs Brażiljani Corinthians u Flamengo huma interessati fil-firma tiegħu, filwaqt li Boca Juniors huma wkoll maħsuba li jinsabu fit-taqtiegħa għall-akkwist tiegħu.
Cavani impressjona fir-rebħa ta’ 3-0 ta’ Man United fuq Tottenham Hotspur fil-Premier League fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.