Friday, April 19, 2024

Juventus se jirrilaxxaw lil Aaron Ramsey f’Jannar

Aqra wkoll

Juventus se jkunu qed jirrilaxxaw lil Aaron Ramsey f’Jannar.

Il-player minn Wales għamel biss tliet dehriet fis-Serie A dan l-istaġun, l-aktar minħabba kwistjonijiet ta’ injury li ħakmuh tul iż-żmien tiegħu fl-Italja.

Newcastle United huma fost it-timijiet li ġew marbuta ma’ ċaqliq għal Ramsey, li huwa wieħed mill-aktar players li għandhom salarju għli mal-Bianconeri jiġifieri €7m fis-sena.

Juventus jinsabu f’negozjati mar-rappreżentanti tal-midfielder dwar it-terminazzjoni tal-kuntratt tiegħu fis-sena l-ġdida.

Il-player ta’ 30 sena għamel 70 dehra ma’ Juventus minn meta ffirma fl-2019, u skorja sitt goals.

Sport