Saturday, May 4, 2024

Edinson Cavani viċin li jingħaqad ma’ Boca Juniors

Aqra wkoll

Jidher li l-attakkant ta’ Manchester United, Edinson Cavani, jinsab viċin li jaqbel ma’ ftehim biex jiffirma ma’ Boca Juniors fi tmiem l-istaġun.

Il-player ta’ 35 sena se jkun bla kuntratt ma’ Old Trafford fi tmiem l-istaġun u se jitlaq bħala free agent wara li kellu staġun mimli injuries.

Ritorn lejn l-Amerika t’Isfel issemma’ b’mod qawwi għal Cavani, li kien jilgħab ma’ Danubio FC qabel mar jilgħab fl-Ewropa fejn ingħaqad ma’ Palermo lura fl-2007.

Cavani issa jinsab f’‘taħditiet avvanzati’ dwar trasferiment fis-sajf ma’ Boca Juniors u huwa wieħed minn diversi players li Erik ten Hag lest li jċedi.

Huwa mifhum li Cavani tħalla “furjuż” wara li r-Red Devils reġgħu ġabu lil Cristiano Ronaldo fl-iskwadra għall-istaġun 2021-22, bl-ex attakkant ta’ Paris Saint-Germain kien assigurat li kien se jkun l-attakkant prinċipali tal-club f’dan l-istaġun.

Cavani għamel biss 17-il dehra dan l-istaġun minħabba diversi problemi ta’ injuries u rreġistra biss żewġ goals u assist wieħed fil-Premier League.

Sport