Sunday, December 22, 2024

Edizzjoni oħra tal-Vintage Motors Festival fi tmiem il-ġimgħa

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt 25, u l-Ħadd 26, Il-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki qed torganizza l-edizzjoni għal din is-sena tal-Vintage Motors Festival. Il-festival jikkonsisti f’ġirja ta’ regolarità f’Malta s-Sibt wara nofsinhar, tliet testijiet qosra ta’ konsistenza u tliet wirjiet statiċi l-Ħadd f’Għawdex. L-ispettakli ser isiru f’Għajnsielem, in-Nadur u r-Rabat, f’Għawdex, u jinkludu għażla ta’ karozzi mid-diversi klabbs li huma membri tal-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki.

Is-sewwieqa u n-navigaturi kollha li ser jieħdu sehem fil-ġirja ta’ regolarità s-Sibt wara nofsinhar u l-ġirjiet ta’ konsistenza l-Ħadd filgħodu f’Għawdex għandhom jattendu għall-briefing tas-sewwieqa fl-Old Motors Club Malta fil-Mosta nhar il-Ħamis 23 ta’ Marzu fis-7.30 ta fil-għaxija.

Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden igawdi l-bidu tal-ġirja ta’ regolarità nhar is-Sibt f’nofsinhar fl-Old Motors Club fil-Mosta u l-ispettakli f’Għajnsielem, Nadur & Rabat f’Għawdex il-Ħadd.

Ekonomija

Sport