Saturday, December 21, 2024

EMENDI BŻONJUŻI LI SE JSERVU TA’ DETERRENT

Aqra wkoll

Hekk kif illum se jerġa’ jiltaqa’ l-Parlament wara l-btajjel tas-sajf, se jkun hemm fuq l-aġenda diversi temi għad-diskussjoni, bil-Gvern mistenni jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex fi ftit talġimgħat oħra jippreżenta l-Budget għas-sena d-dieħla.

Budget, li kif qal il-Prim Ministru Robert Abela, se jkompli jwieżen lill-familji u n-negozji filwaqt li jindirizza prijoritajiet ġodda. Imma lil hinn mill-Budget, illum
il-Gvern se jkun qiegħed iressaq emendi legali fil-Parlament li se jwasslu għal żieda fil-pieni ta’ ħabs u multi għal min iwettaq vjolenz fuq pulizija u uffiċjali pubbliċi.

Nemmnu li dawn l-emendi, li huma frott konsultazzjoni wiesgħa nkluż mal-pulizija nfushom u l-unions li jirrappreżentawhom, huma bżonnjużi u se jservu tassew ta’ deterrent għal min b’xi mod jaħseb jew jazzarda jwettaq xi tip ta’ aggressjoni
fuq dawn l-uffiċjali.

Il-Forzi tal-Ordni jixirqilhom kull rispett u mġiba tajba lejhom. Fuq kollox ir-rikonoxximent lejn il-Forzi tal-Ordni huwa rifless ukoll fl-investiment kontinwu li l-Gvern qed jagħmel biex dawn ikunu mgħammr aħjar u jkollhom kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol biex iwettqu dmirhom bl-aħjar mod possibbli.

Fosthom bi ftehim settorjali ġdid, b’investiment fir-riżorsi, il-body cams flimkien ma’ aktar taħriġ u uniformijiet ġodda. B’dawn ikunu biss ftit mill-investimenti li saru fl-aħħar snin u li se jkomplu jsiru fil-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati.

Għalhekk il-Gvern ħa dan il-pass għaqli li jħarrex il-ġlieda fuq min jattakka uffiċjali pubbliċi fejn filwaqt li tkun il-Qorti li tiddeċiedi l-kastig x’se jkun, fil-parametri tal-liġi, blemendi kif proposti, sentenza sospiża u libertà kundizzjonata mhux se jkunu għażla.

Minn dawn il-kolonni konna tkellimna diversi drabi dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-membri tal-Korp anke permezz ta’ pieni ħorox mill-Qrati Maltin li jingħataw f’każijiet bħal dawn. Kien għalhekk floku wkoll dak li qalet il-General
Workers’ Union li minkejja r-regolamenti u kampanji għall-ħarsien tassaħħa u s-sigurtà u r-rispett lejn xulxin għad fadal ferm aktar xi jsir.

Inħarsu ‘l quddiem għal diskussjoni fil-Parlament li għandha twassal għal qbil dwar dawn l-emendi f’każ li jkun hemm bżonn li jiġu ċċarati xi affarijiet ikun hemm lok għal dan ukoll.

Bil-messaġġ ewlieni għandu jibqa’ dak li l-membri talKorp u l-uffiċjali pubbliċi rispett jixirqilhom u mhux se tkun ittollerata l-ebda tip ta’ aggressjoni fil-konfront tagħhom.

Ekonomija

Sport