Saturday, December 21, 2024

“Ejja mwaqqfu din il-mibegħda, diżgustati bi 15-il persuna jsawwtu Somalu”

- xhud li ra s-Somalu msawwat għal ċertu ħin u lest jitla’ l-Qorti jixhed

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Konna grupp ta’ ħbieb flimkien nieħdu gost fl-Imġarr Għawdex.  F’daqqa waħda tinqala’ ġlieda u grupp ta’ madwar 15-il persuna jibdew isawwtu bla ħniena immigrat mis-Somalja. Baqgħu isawwtuh minkejja li hu beda jipprova jispjega ruħu. F’daqqa waħda jqum wieħed ‘hero’, ried juri kemm hu ‘king’ u quddiem xi folla ta’ 100 ruħ, neħħa reċipjent min nofs, mexxa mejda u ta daqqa ta’ ponn lis-Somalu u tefgħu l-baħar. Is-Somalu ħabat wiċċu ma’ dgħajsa fil-baħar. Tela’ mill-baħar u beda jistaqsi għaliex għamlulu hekk. Qalilhom għalfejn kien trattat bħal ‘kelb’.  Ġew il-Pulizija. Din il-brutalità trid tieqaf.  Konna diżgustati. Lesti nixhdu fil-Qorti fuq dak lii rajna. Lesti nagħmlu dan b’rasna mgħollija. Dan is-Somalu seta’ inqatel. Ejja nwaqqfu din il-mibegħda”.

Dan is-sit għamel kuntatt ma’ wieħed mill-persuni li ra dan kollu jsir quddiem għajnejh biex nikkonfermaw il-każ. Hu qalilna li nistgħu nikkwotawh għalkemm ma xtaqx li jissemma’ ismu f’dan l-istadju.

Din il-persuna enfasizzat li “grupp ta’ persuni intervjenew u sejħu lill-Pulizija. Il-Pulizija għamlu xogħlhom sew. Nemmen li din il-brutalità trid tieqaf. Onestament, jien kont iddiżgustat.  Grupp ta’ nies, b’attitudni ta’ mibegħda kontra persuna għax hi differenti minna.  Klima li wasslet biex imbagħad wieħed jagħmilha ta’ ‘bully’. Bl-għan li l-Pulizija tieħu passi kontra dan il-‘king’, aħna lesti li nixhdu fil-qorti u se nagħmlu dan b’rasna mgħolllija. Dan is-Somalu seta’ inqatel. Ejja inwaqqfu din il-mibegħda. Dan is-salvaġiżmu. Aħna ħafna aħjar minnhekk”.

Kien għall-ħabta tas-1.00a.m. ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet mgħarrfa li kien seħħ argument fiż-żona tal-port tal-Imġarr. Dan is-sit jinsab infurmat li qed jiġu mitkellma żewġ persuni b’rabta ma’ dan il-każ. Dawn huma Malti ta’ 21 sena residenti x-Xewkija u l-barrani li allega li twaddab il-baħar.

Ekonomija

Sport