Friday, April 26, 2024

Fir-Renju Unit: Omm ta’ sitt itfal tmut b’kanċer… inqas minn sena ilu qalulha li fieqet

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Omm ta’ sitt itfal tilfet il-battalja tagħha kontra l-kanċer fl-età ta’ 37 sena minkejja li inqas minn sena ilu kienet ingħatat l-aħbar li l-kanċer kien telaq.

Iżda, Victoria Ayres, li kienet deskritta bħala mara b’karattru sabiħ, ġiet iddijanjostikata mill-ġdid bil-marda.

Hija kienet qed tiffoka biex tagħmel memorji sbieħ flimkien mat-tfal tagħha iżda 11-il xahar wara qalulha li l-kanċer kien wieħed terminali.

Victoria mietet fit-12 ta’ Lulju wara li l-kanċer laħaq infirex f’partijiet oħra tal-ġisem fosthom fil-kliewi u fl-istonku.

Din l-omm ma kienet uriet l-ebda sintomi sakemm, skont il-kuġin tagħha Chris Murray, f’daqqa waħda fil-bidu ta’ Diċembru tas-sena l-oħra hija bdiet sejra għall-agħar. 

Il-kuġin tagħha seta’ jinnota li Victoria tilfet ħafna piż.

It-tobba kienu qalulha li l-kanċer kien fit-tielet stadju u li kellha bżonn tagħmel trattament b’mod immedjat biex issalva ħajjitha.

Hija kienet ingħatat biss ċans ta’ 30 sa 50 fil-mija li tibqa’ ħajja, iżda għall-kuntrarju ta’ dan, lura f’April 2020 hija daqqet il-qanpiena tas-sala fejn kienet rikoverata ġewwa l-Isptar fir-Renju Unit bħala sinjal li kienet fieqet.

Iżda sa Marzu ta’ din is-sena, il-kundizzjoni tagħha marret għall-agħar malajr u l-kanċer infirex għal organi vitali oħra.

L-omm kuraġġuża rnexxielha tiċċelebra s-37 sena tagħha ma’ wliedha, ġimgħa biss qabel ma mietet. Il-funeral tagħha sar ilbieraħ.

Sport