Sunday, November 24, 2024

Eks Deputat tal-PN b’diversi mistoqsijiet rigward il-ħajja privata … u l-mibegħda politika

Aqra wkoll

F’artiklu miktub mill-eks deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fuq il-midja ta’ Simon Mercieca, qamu diversi mistoqsijiet dwar l-allegati chats bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech u kif dawn ġew imperrċa fil-pubbliku.

“Jiġifieri fejn hija l-ħajja privata ta’ deputat jew deputata? Fejn hija l-ħajja privata ta’ individwu? Tgħid ser nirrispondu skont kemm ikollna mibegħda f’qalbna lejn xi persuna partikolari għaliex ma naqblux magħha politikament? Jiġifieri ser nibqgħu nwieġbu skont il-mibegħda li jista’ jkollna lejn l-Onor. Rosianne Cutajar jew lejn Yorgen Fenech għaliex politikament ma naqblux?”

Vassallo kien ċar dwar il-fatt fuq affarijiet ta’ prinċipju, kien hemm drabi fejn ma qablux u lanqas issa mhuma se jaqblu fuqhom, iżda wera solidarjetà magħha u ma’ dawk kollha li qed iweġġgħu minn din il-politika “tal-mibegħda”.

Vassallo kompla biex jisħaq li għalkemm il-politiku għandu jkun ultra nadif, fil-ħajja politika u soċjali tiegħu, minkejja li dak li joħroġ jista’ jkun bbażat fuq il-veritajiet, xorta waħda jemmen li sakemm ma hemmx korruzzjoni, illegalità li trid tiġi ppruvata fil-qorti, “dak li huwa propjeta’ privata tal-politiku u ta’ kull persuna oħra jeħtieġ li tibqa’ propjetà privata kemm jekk il-persuna tkun fil-politika jew le”.

Ilbieraħ il-Prim Ministru meta mitlub jagħti r-reazzjoni tiegħu dwar is-suġġett, huwa qal li Cutajar diġà ħallset l-ogħla prezz politiku meta rreżenjat minn Segretarju Parlamentari. Huwa sostna li hi m’għandix tħallas prezz ta’ xi ħaġa darbtejn meta għal dan kollu kienet diġà ġarret ir-responsabbiltà tagħha.

Sport