Tuesday, April 30, 2024

Il-Kummissarju tad-Data ma jikkummentax dwar l-allegati chats maħruġa

Jissuġġerixxi ilment formali mill-persuna konċernata

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat komplew ir-reazzjonijiet imħallta fuq il-midja soċjali b’rabta mal-allegati chats bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech

Talk.mt għamlet kuntatt mal-Kumissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data Ian Deguara fejn staqsietu tagħrif dwar xi tgħid il-liġi f’dan il-kuntest u jekk ikun il-każ, safejn iwassal id-dritt tal-protezzjoni tal-privatezza tal-persuna.

It-tweġiba li ngħatajna kienet, li “minħabba l-indipendenza tiegħi” ma jingħatawx opinjonijiet jew kummenti li jistgħu jikkonċernaw, jew inkella li jistgħu jwasslu sabiex jirreferu għal xi każ partikolari, jew inkella li jistgħu jippreġudikaw xi investigazzjoni.

 “Madankollu, kwalunkwe persuna li tħoss li d-dritt tal-privatezza tagħha ġie, jew seta’ ġie, miksur permezz ta’ xi forma ta’ attivita` li tinvolvi l-ipproċessar tad-data personali tagħha, tista’ tagħmel ilment formali mal-Uffiċċju tagħna u l-każ jiġi investigat skont il-liġi.”

Sport