Sunday, November 24, 2024

Eks negozjant tad-droga interrogat b’rabta mal-qtil ta’ tifla f’Liverpool

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel li kien fil-mira ta’ sparatura li qatlet lil Olivia Pratt-Korbel ta’ disa’ snin mistenni jaffaċċja aktar mistoqsijiet dwar il-qtil tagħha.

Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda meta t-tifla ġiet milquta b’tir filwaqt li ommha kienet qiegħda tissielet ma’ żewġt irġiel, wieħed minnhom armat b’pistola, fid-dar tagħha f’Liverpool. 

Qed ikun maħsub li r-raġel fil-mira ta’ dan l-attakk kellu jkun ċertu Joseph Nee, negozjant tad-droga. Għalkemm ma semmitux b’ismu, il-pulizija qalet li kienet qiegħda żżomm raġel għal aktar interrogazzjonijiet. 

Nee, li safa wkoll milqut, kien intbagħat il-ħabs fuq droga u fl-2018 kien ikkundannat tliet snin u disa’ xhur ħabs fuq serqa. 

Matul il-jum tal-Erbgħa, il-Pulizija ta’ Merseyside qalet li raġel ta’ 35 sena li weġġa’ fl-isparatura se jerġa’ jintbagħat il-ħabs wara li allegatament kiser it-termini tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja tiegħu wara ‘imġiba fqira’.

“Ir-raġel, li jinsab f’qagħda stabbli, kien inżamm l-isptar u se jkun interrogat b’rabta mal-mewt ta’ Olivia,” qalet il-Pulizija. Żied jingħad li waqt it-tfittxija għall-allegat aggressur, il-Pulizija ngħataw l-istess isem minn żewġ sorsi differenti. 

Il-Pulizija tenniet li ż-żewġt irġiel m’għandhom l-ebda rabta mal-familja ta’ Olivia. 

Sport