Friday, May 3, 2024

Eks pulizija joqtol 34 persuna fosthom tfal u għalliema bi tmien xhur tqala fit-Tajlandja

Aqra wkoll

34 persuna, fosthom 22 tifel u tifla sfaw maqtula di sparatura tal-massa f’ċentru tat-tfal fit-Tajlandja.

L-aggressur, li huwa eks pulizija, qatel lil martu u lil binhom qabel qatel lilu nnifsu.

Madwar 30 tifel u tifla kienu fiċ-ċentru meta l-aggressur daħal fil-binja fejn skont rapporti, it-tfal kienu qegħdin jistrieħu. Fost dawk maqtulin hemm tfal ta’ sentejn.

Wieħed mill-uffiċjali tad-distrett li tkellem mal-midja qal li l-ewwel vittmi kienu erba’ jew ħames membri tal-istaff, fosthom għalliema bi tmien xhur tqala.

Filmati li nxterdu fuq il-midja juru liżari jgħattu dawk li dehru li kienu katavri ta’ tfal mixħutin f’għadajjar ta’ dmija.

Skont il-pulizija l-aggressur kien armat senter, pistola u anke sikkina u qalu wkoll li hu ħarab minn fuq il-post permezz ta’ vettura. Minn hemm huwa mifhum li r-raġel saq lejn id-dar fejn qatel lil martu u lil ibnu sakemm finalment neħħa ruħu b’idejh.Chakkraphat Wichitvaidya, Supretendent stazzjonat f’NA Klang qal lil Thai Rath TV li l-aggressur kien tkeċċa mill-Pulizija s-sena li għaddiet.

Sparaturi tal-massa fit-Tajlandja huma rari, iżda fl-2020 kien hemm każ ta’ suldat li qatel mill-inqas 29 persuna u darab 57 oħra wara argument fuq bejgħ ta’ proprjetà.

Sport