Friday, March 14, 2025

Eku tal-ħabta fatali bejn żewġ ajruplani f’Washington DC … Rapport preliminari jsib li kien hemm każ fix-xahar ta’ periklu ta’ inċident

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-ajruport viċin il-post fejn fid-29 ta’ Jannar li għadda seħħet il-ħabta fatali bejn l-ajruplan tal-passiġġieri tal-American Airlines u l-ħelikopter militari Black Hawk, irriżulta li kellu każ kull xahar fejn kien hemm periklu ta’ inċident u aktar minn 15,000 każijiet f’dawn l-aħħar tliet snin.

Rapport preliminari tal-investigazzjoni li qiegħda ssir fuq it-traġedja li qatlet is-67 passiġġieri kollha taż-żewġ ajruplani, sab li kien hemm 15,214 każ fejn għal ftit ġie evitat inċident fl-ajruport internazzjonali Ronald Reagan f’Washington. Dawn huma każijiet fejn ajruplani kummerċjali u ħelikopters kienu inqas minn mil nawtiku ‘l bogħod minn xulxin b’mod laterali u 400 pied separati vertikalment.

Il-ħabta fl-ajru bejn l-ajruplan tal-American Airlines u l-ħelikopter militari kien wieħed mill-agħar diżastri tal-avjazzjoni fl-Istati Uniti mill-2001. Il-qraba tal-vittmi qegħdin jinsistu li hemm nuqqas serju fis-sigurtà tal-ivvjaġġar bl-ajru “li sewa l-ħajja tal-għeżież tagħna u qiegħed ikompli jkun ta’ theddida għas-sigurtà pubblika”.

Saħqu li dan ir-rapport preliminari jikkonferma dak li huma sostnew mal-aħbar tal-inċident traġiku f’Jannar li għadda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport