Saċerdot ġie maqtul filwaqt li 4 oħra sfaw midrubin hekk kif kienu fi knisja ta’ monasteru fil-Polonja. Jirriżulta li raġel ta’ 31 sena mill-Ukranja daħal fil-knisja u beda jagħti daqqiet ta’ sikkina lill-persuni li sab quddiemu.
Il-Pulizija Pollakka qalu li r-raġel ġie arrestat ftit tal-ħin wara li pprova jaħrab mill-monasteru tas-sorijiet fil-belt ta’ Jarosław.
Il-midja Pollakka qalu li l-vittma hu saċerdot li fil-ħin tal-attakk kien qiegħed iħejji biex iqaddes.
L-4 persuni l-oħrajn li sfaw midrubin u ttieħdu lejn l-isptar ukoll huma saċerdoti kollha jservu fil-monasteru. Tlieta minn dawk li ttieħdu l-isptar ġew iċertifikati li qegħdin isofru ġrieħi serji.




