Thursday, September 24, 2026
Home Internazzjonali Għaxar miljun persuna ħadu sehem fi stħarriġ dwar il-karti tal-flus il-ġodda tal-euro.

Għaxar miljun persuna ħadu sehem fi stħarriġ dwar il-karti tal-flus il-ġodda tal-euro.

0
57

B’kollox, 9.96 miljun persuna madwar l-Ewropa u lil hinn minnha qasmu l-fehmiet tagħhom dwar id-disinn futur tal-karti tal-flus tal-euro billi wieġbu għall-istħarriġ pubbliku tal-Bank Ċntrali Ewropew (BCE).

Dan l-għadd impressjonanti juri kemm l-Ewropej huma interessati fil-karti tal-flus futuri tagħhom, qalet il-President tal-BCE Christine Lagarde, li sostniet ukoll li l-parteċipazzjoni tan-nies fil-proċess tat-tfassil sar pass importanti fit-tħejjija li jmiss ta’ karti tal-flus.

2.6% tal-popolazzjoni taż-żona tal-euro ħadu sehem fl-istħarriġ, u l-interess kien qawwi fost il-gruppi ta’ l-etajiet kollha, inklużi l-ġenerazzjonijiet iżgħar, b’żewġ terzi tat-tweġibiet ġew minn persuni taħt l-età ta’ 35 sena. 

L-istħarriġ, li sar bejn it-23 ta’ Lulju u l-21 ta’ Settembru 2026, fittex l-opinjonijiet tal-pubbliku dwar għaxar proposti tad-disinn magħżula minn qabel, ibbażati fuq it-temi “Kultura Ewropea” u “Xmajjar u għasafar”.

Twettaq ukoll stħarriġ separat, immexxi minn kumpanija indipendenti tar-riċerka u mmirat lejn kampjun rappreżentattiv ta’ nies fiż-żona tal-euro bl-użu ta’ l-istess mistoqsijiet.

Ir-riżultati taż-żewġ stħarriġiet, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ġrija indipendenti tal-Kompetizzjoni tad-Disinn u valutazzjoni teknika, se jservu ta’ bażi għad-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊ dwar il-kunċett finali tad-disinn għall-karti tal-flus tal-euro li mistennija tittieħed lejn l-aħħar ta’ din is-sena.  

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here