Bejn il-21 ta’ Ġunju u l-20 ta’ Settembru ta’ din is-sena, il-Gozo Channel ġarret aktar minn 1.6 miljun passiġġier.
Ħabbret dan il-Gozo Channel fejn qalet li dan kien wieħed mill-aktar sjuf li l-kumpanija kellha xogħol. Il-kumpanija li topera s-servizz ta’ vjaġġar bejn Għawdex u Malta qalet li fl-istess perjodu saru 9,286 vjaġġ kif ukoll ġarret aktgar minn 600,000 vettura.
Dan ifisser li matul il-perjodu msemmi, il-Gozo Channel ġarret 17,872 passiġġier kuljum, 6,595 vettura kuljum filwaqt li f’kull ġurnata għamlet 101 il-vjaġġ.
Il-kumpanija fi stqarrija qalet li dawn in-numri jirriflettu l-impenn u d-dedikazzjoni li għandhom il-ħaddiema tal-Gozo Channel biex joffru servizz minkejja s-sħana qawwija li kien hawn fuq il-gżejjer Maltin fil-perjodu msemmi.
