Monday, October 21, 2024

Ekwadorjan u Ċiniża jirbħu l-mixja

Aqra wkoll

Fuq distanza ta’ 20 kilometru, l-Ekwadorjan, Brian Pintado,  rebaħ il-mixja tal-irġiel filwaqt li ċ-Ċiniża, Jiayu Yang, rebħet dik tan-nisa. 

Pintado rebaħ din id-dixxplina meta fl-aħħar kilometru huwa ddistakka lilu nnifsu mill-atleti l-oħra biex rebaħ f’ħin ta’ 1:18:55, segwit mill-Brażiljan, Caio Bonfim, li daħal 14-il sekonda warajh, bl-Ispanjol Alvaro Martin, jirbaħ il-midalja tal-bronż.

Min-naħa l-oħra, Yang, li tgawdi r-rekord tad-dinja, f’ħin ta’ 1:23:49, kompliet tiddomina din id-dixxiplina hekk kif rebħet l-ewwel midalja tal-atletika għal pajjiżha f’dawn l-Olimpjadi. 

Hija temmet f’ħin ta’ 1:25:54 quddiem l-Ispanjola, Maria Perez, li spiċċat 25 sekondi warajha u l-Awstraljana Jemima Montag. 

Sport