Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista ħabbret ir-riżultat tal-elezzjoni li saret għal 12-il Membru Ordinarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali.
B’kollox kien hemm 32 nominazzjoni għal dan l-organu tant importanti fil-Partit Laburista. Ġew eletti: Ray Azzopardi, Ġuża Cassar, George Azzopardi, Jason Farrugia, Jason Micallef, Ray Falzon, Nolan Camilleri, Rosette Cassar, David Caruana, Wayne Sammut, Jessica Schembri u Fiona Borg Lewis. 92% tad-Delegati li kienu eliġibbli, ivvutaw f’din l-elezzjoni.
Ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni għall-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, li issa mistennija tkun komposta minn Alex Sciberras bħala President, Louis Gatt bħala Viċi-President, John Grech bħala Segretarju Internazzjonali filwaqt li William Lewis bħala Segretarju Organiżattiv.
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela rringrazzja lil kull min resaq ’l quddiem biex il-Partit Laburista jkompli jkun forza politika b’saħħitha favur u viċin in-nies u awgura lil dawk kollha eletti.
