Saturday, November 9, 2024

Elezzjoni ġenerali 2022: Previst turnout ta’ bejn 88% u 89%

Aqra wkoll

Mis-surveys li saru s’issa f’din il-kampanja elettorali mill-istatistiku Dott. Vincent Marmarà jindikaw li t-turn out, jiġifieri n-nies li se joħorġu jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2022, huwa ta’ bejn 88% u 89%. Dan ifisser tnaqqis ta’ bejn 3% jew 4% meta mqabbel mal-aħħar elezzjoni ġenerali. 

Intant, f’kummenti ma’ dan is-sit dwar il-konsistenza fis-surveys hekk kif issa ninsabu fit-tielet ġimgħa ta’ din il-kampanja elettorali, Dott. Marmarà qal li meta wieħed iħares lejn survey wara ieħor li ġie ppubblikat minn Awwissu ta’ sentejn ilu ’l hawn, jibda jinnota xejriet ċari ta’ distakk konsistenti. Il-varjetà fir-riżultati jidħlu f’dak li jissejjaħ il-margin of error. “Meta tara dawn ix-xejriet b’mod konistenti, tibda tara margin of error – li għalkemm kull stħarriġ individwali jibqa’ hemmhekk – meta tara x-xejriet b’mod ħolistiku, il-livell ta’ kunfidenza fir-riżultati li qed nippubblikaw, jikber għax tara riżultati konsistenti ħafna.” 

L-istatitistiku qal li mill-2009, id-distakk f’dawn is-sondaġġi baqgħu jidhru bejn wieħed u ieħor l-istess. “Id-distakk ma ġiex ikkonfermat mis-surveys biss, iżda wkoll f’kull elezzjoni li kien hemm, inkluż tal-elezzjonijiet tal-Membri Parlamen- tari Ewropej, l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-elezzjonijiet ġenerali.

Normalment f’kull stħarriġ xjentifiku jittieħdu kampjuni iżgħar minn dak li jittieħdu f’kampjuni għal stħarriġ politiku. “Surveys politiċi jeħtiġilhom iżjed attenzjoni, allura l-kampjun jeħtieġ ikun ikbar biex inkunu ċerti minn dak li qed nippubblikaw għax għandna dover li nwasslu tagħrif kemm jista’ jkun preċiż.” Huwa qal li aktar mal-kampjun ikun kbir, iżjed se nkunu ċerti minn dak li nippubblikaw. 

Sport