Monday, December 23, 2024

Elezzjonijiet każwali: Aktar uċuħ ġodda fil-PN

Aqra wkoll

Aktar kmieni tħabbru l-kandidati eletti fl-elezzjonijiet każwali tal-Partit Nazzjonalista. B’kollox saru seba’ elezzjonijiet każwali u fost dawk eletti hemm ħames kandidati li huma uċuħ ġodda fil-Parlament.

TIELET DISTRETT
Siġġu li tbattal minn Stephen Spiteri – Elett Carmelo Mifsud Bonnici

ĦAMES DISTRETT
Siġġu li tbattal minn Bernard Grech – Elett Stanley Zammit

SEBA’ DISTRETT
Siġġijiet li tbattlu minn Ryan Callus u Adrian Delia – Eletti Rebekah Cilia u Charles Azzopardi

DISA’ DISTRETT
Siġġijiet li tbattlu minn Joe Giglio u Robert Arrigo – Eletti Karol Aquilina u Graziella Attard Previ

GĦAXAR DISTRETT
Siġġu li tbattal minn Mark Anthony Sammut – Elett Graham Bencini

Aktar qabel: Dalgħodu l-elezzjonijiet każwali tal-PN

Fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, dalgħodu se jkunu qegħdin isiru l-elezzjonijiet każwali tal-Partit Nazzjonalista. L-għadd tal-voti se jkun qiegħed jibda fid-9 a.m u sa ftit tal-ħin jitħabbru liema huma dawk il-kandidati li se jkunu qegħdin jingħaqdu mal-bqija ta’ dawk eletti biex iservu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Nhar is-Sibt għalqu n-nomini għall-kandidati tal-Partit Nazzjonalista li jixtiequ jikkontestaw l-elezzjonijiet każwali. B’kollox, il-Kummissjoni Elettorali rċeivet 48 nomina għal seba’ siġġijiet li tbattlu mid-Deputati Nazzjonalisti li ġew eletti minn żewġ distretti.

Fit-Tielet Distrett għall-post li tbattal mid-Deputat Stephen Spiteri, ressqu n-nomina tagħhom: John Baptist Camilleri, Errol Cutajar, Carmelo Mifsud Bonnici, Mary Muscat u Leone Sciberras.

Fil-Ħames Distrett għall-post li tbattal mill-Kap tal-PN Bernard Grech , ressqu n-nomina tagħhom: Stefan Caruana, Francine Farrugia, Owen Sciberras u Stanley Zammit.

Fis-Seba’ Distrett għall-post li tbattal mid-Deputat Ryan Callus, ressqu n-nomina tagħhom: Charles Azzopardi, Rebekah-Ann Cilia, Anton Mifsud, Alessia Psaila Zammit, Edwin Vassallo u Josephine Xuereb.

Fis-Seba’ Distrett għall-post li tbattal mid-Deputat Adrian Delia, ressqu n-nomina tagħhom: Charles Azzopardi, Rebekah-Ann Cilia, Anton Mifsud, Alessia Psaila Zammit, Edwin Vassallo u Josephine Xuereb.

Fid-Disa’ Distrett għall-post li tbattal mid-Deputat Robert Arrigo, ressqu n-nomina tagħhom: Karol Aquilina, Graziella Attard Previ, Jason Azzopardi, Graham Bencini, Eve Borg Bonello, Albert Buttigieg, Karl Gouder, Noel Muscat, Emma Portelli Bonnici u Charles Selvaggi.

Fid-Disa’ Distrett għall-post li tbattal mid-Deputat Joe Giglio, ressqu n-nomina tagħhom: Karol Aquilina, Graziella Attard Previ, Jason Azzopardi, Graham Bencini, Eve Borg Bonello, Albert Buttigieg, Karl Gouder, Noel Muscat, Emma Portelli Bonnici u Charles Selvaggi.

Fl-Għaxar Distrett għall-post li tbattal mid-Deputat Mark Anthony Sammut, ressqu n-nomina tagħhom: Karol Aquilina, Graziella Attard Previ, Graham Bencini, Eve Borg Bonello, Albert Buttigieg, Karl Gouder u Emma Portelli Bonnici.

Ekonomija

Sport