Il-logo distintiv ta’ l-għasfur ta’ Twitter dalwaqt jista’ jkun xi ħaġa tal-passat. Dan wara li Elon Musk ippropona li jneħħih f’dik li mistennija tkun l-aħħar minn sensiela ta’ tibdil kontroversjali għall-pjattaforma tal-midja soċjali taħt it-tmexxija tiegħu.
Musk – li xtara l-pjattaforma għal $44 biljun f’Ottubru li għadda – fis-sigħat bikrin tal-Ħadd ħabbar fi Tweet li kellu l-ħsieb li jissostitwixxi l-logo eżistenti b’logo “X”. Huwa mhux jara li din it-tranżizzjoni għandha tieħu ħafna tul, anzi jistenna li fi ftit sigħat isseħħ din il-bidla jekk kemm-il darba jinstab disinn adattat.
Il-kap eżekuttiv ta’ Tesla biddel l-isem uffiċjali tal-kumpanija f’April għal X Holdings Corp, wara l-impriża bikrija tiegħu X.com, biex jirrifletti l-viżjoni tiegħu li joħloq “X, the “everthing app” li twettaq funzjonijiet ta’ midja soċjali u ħlas, simili għall-WeChat taċ-Ċina.