Għexieren ta’ eluf ta’ Iżraeliti reġgħu ħarġu jipprotestaw kontra l-pjan tal-Gvern li jrażżan is-setgħat tal-Qorti Suprema.
Din kienet il-11-il ġimgħa ta’ dimostrazzjonijiet tal-massa f’dan il-pajjiż hekk kif dawk li huma kontra dawn ir-riformi qed jakkużaw lill-Prim Ministru Benjamin Netanyahu li qed jimmina l-indipendenza ġudizzjarja.
Netanyahu, li bħalissa jinsab għaddej ġuri fuq akkużi ta’ korruzzjoni, insista li l-għan tiegħu huwa li jerġa’ jġib bilanċ ta’ poter bejn il-gvern u l-ogħla Qorti ta’ Iżrael.