Friday, November 1, 2024

Eluf jipprotestaw fi Franza kontra l-għażla ta’ Macron lil min jaħtar Prim Ministru

Aqra wkoll

Eluf ta’ Franċiżi niżlu mill-ġdid jipprotestaw fit-toroq din id-darba kontra l-għażla tal-President Macron biex jaħtar lil Michel Barnier bħala Prim Ministru. Barnier hu magħruf għat-twemmin lemini tiegħu.

Nhar is-Sibt kien hemm aktar minn 100,000 persuna jipprotestaw kontra din d-deċiżjoni u qalu li se jibqgħu fit-toroq sakemm il-President jagħżel Prim Ministru ieħor.

Il-protesti ġew imsejħa mill-unjins tal-pajjiż hekk kif il-kandidat tagħhom ma ġiex ikkunsidrat biex jieħu l-kariga ta’ Prim Ministru u jmexxi l-Gvern Franċiż.

Barnier li hu eks negozjatur ta’ Brexit qal li hu lest li jgħaqqad Gvern li jkun qiegħed jirrapreżenta lil diversi partit politiċi fil-pajjiż inkluż dawk li ġejjin minn partit xellugin.

Intant, il-Ministru tal-Intern qal li mill-inqas nhar is-Sibt li għadda kien hemm 110,000 jipprotestaw madwar il-pajjiż fosthom 26,000 persuna li għamlu protesta fil-kapitali Partit. Min-naħa tiegħu iżda l-kap tal-unjin qal li għal dawn il-protesti kien hemm aktar minn 300,000 persuna.

Sport