Eluf ta’ bottijiet ta’ birra jimblukkaw triq fi Florida wara ħabta bejn diversi trailers

0
710

Triq ewlenija fi Florida kienet imblukkata nhar l-Erbgħa minn eluf ta’ bottijiet tal-birra wara ħabta bejn diversi trailers.

Il-korsijiet kollha ngħalqu wara li trailer li kien qed iġorr il-birra ħabat ma’ trakkijiet li kienu pparkjati mal-ġenb tat-triq.

Ritratti meħuda fuq il-post juru kaxxi tal-birra u bottijiet imxxerdin, bit-triq bilkemm tidher. It-triq eventwalment reġgħet infetħet xi sigħat wara u ġew irrappurtati biss ġrieħi ħfief.

Skont it-Tampa Bay Times, żewġ semi-trailers ħabtu f’highway u tefgħu mal-ġenb. Żewġ semi-trailers oħra u trakk ieħor ‘pickup’ waqfu biex jgħinu. Il-ħames trailer, dak li kien qed iġorr il-birra, naqas milli jieqaf fil-ħin u ħabat mal-vetturi pparkjati. 

Minbarra l-birra, il-konkos li qed jinġarr minn wieħed mit-trakkijiet inxtered mat-triq kollha.