Saturday, December 14, 2024

Eluf ta’ persuni jipprotestaw fil-Messiku kontra l-proposta ta’ riforma elettorali

Aqra wkoll

Eluf kbar ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fil-Messiku matul il-jum tal-Ħadd b’turija ta’ appoġġ għall-awtorità elettorali tal-pajjiż.

F’dak li ssejjaħ “marċ għad-demokrazija”, id-dimostranti akkużaw lill-President Andres Manuel Lopez Obrador li qed jipprova jdgħajjef l-awtorità qabel l-elezzjoni f’Ġunju li ġej.

Fl-istess jum, il-kandidata presidenzjali Claudia Sheinbaum irreġistrat uffiċjalment bħala kandidat f’isem il-partit Morena. Hija wegħdet li jekk tkun eletta se żżomm il-parti l-kbira tal-policies ta’ Lopez Obrador.

Fis-sondaġġi li saru, Sheinbaum jidher li hija favorita li tirbaħ l-elezzjoni u warajha hemm Xóchitl Gálvez.

Il-protesti tal-Ħadd kienu msejħa mill-partiti tal-oppożizzjoni tal-Messiku. Il-midja internazzjonali rrapportat li f’dawn il-protesti ħadu sehem mas-700,000 persuna.
F’Mexico City, eluf ta’ persuni lebsin ir-roża u l-abjad niżlu fil-pjazza ewlenija ta’ din il-belt u bdew jgħajtu “barra Lopez, barra”. Il-Ġimgħa li għadda, Lopez Obrador innifsu kkritika dawn il-protesti.

Dawn il-protesti saru wara li Lopez Obrador bagħat proposta biex jiġi riformat l-Istitut Elettorali Nazzjonali (INE) lill-Kungress bħala parti minn diversi riformi kostituzzjonali.

Ekonomija

Sport