Il-midfielder Brażiljan ta’ Tottenham Hotspur, Emerson Royal, ħelisha ħafif minn ħalq il-mewt meta ġie attakkat minn ħalliel fejn ġew sparati wkoll tiri.
Waqt li kien ħiereġ minn night club fil-Brażil, huwa kien il-mira ta’ ħallelin armati fejn talbuh li jagħtihom dak kollu li kellu fuqu.
Dak il-ħin inzerta li kien hemm pulizija pajżan li meta ra hekk ħareġ ir-revolver li kellu fuqu biex ibeżża’ lill-aggressuri. Iżda dawn irreċiprokaw billi sparaw tiri lejn dan il-pulizija. U filwaqt li Emerson inqabad f’dik is-sitwazzjoni, ġew sparati xejn inqas minn 20 tir.
Fortunatament huwa ma ntlaqat mill-ebda tir iżda mhux l-istess jista’ jgħid wieħed mill-ħallelin li ntlaqat f’dahru u ttieħed b’urġenza l-isptar.
Jingħad li Emerson kien qed ibati minn xokk qawwi.