Empoli daħlu fl-istorja tas-Serie A fin-negattiv hekk kif saru wieħed mit-timijiet li bdew ħażin dan il-kampjonat. Huma laħqu lil Padova (1994/95) u Sassuolo (2013/14) bħala l-iktar timijiet li tilfu logħbiet wara erba’ logħbiet.
Wara t-telfa ta’ 7-0 li t-tim mit-Toskana ġarrab kontra Roma, huma għadhom mingħajr punt, mingħajr ebda gowl skorjat filwaqt li qalgħu 12-il gowl.
Bla dubju li l-partitarji tat-tim diġa’ bdew jipprotestaw għalkemm il-president Fabrizio Corsi qal li l-kowċ Paolo Zanetti mhux qiegħed f’periklu li jitkeċċa.