Sitt atleti Maltin rrapreżentaw lil pajjiżna fil-Western European Equipped & Classic Powerlifting Championship

Aqra wkoll

Bejn is-17 u l-20 ta’ Settembru, tim ta’ sitt atleti Maltin irrappreżenta lil Malta fil-Western
European Equipped & Classic Powerlifting Championships, li saru f’Hamm, ġewwa
il-Lussemburgu.

F’ħames kategoriji ta’ piż differenti, id-delegazzjoni Maltija kisbet total ta’ seba’ midalji. Dan
huwa l-ikbar ammont ta’ midalji miksub minn Malta f’kompetizzjoni internazzjonali sal-lum. It-tim
irritorna Malta b’midalja tal-ewwel post, erba’ midalji tat-tieni post u żewġ midalji tat-tielet post.

Evita Otigbah kisbet l-ewwel post fil-bench press fil-kategorija -63kg, filwaqt li Maria Farrugia
spiċċat fit-tieni post fis-squat, bench press, deadlift u fit-total fil-kategorja -47kg. Neil Bezzina
kiseb it-tielet post fil-bench press fil-kategorija -83kg, filwaqt li Alessandro Valastro kiseb it-tielet
post fid-deadlift fil-kategorija -83kg. B’kollox, it-tim kiseb ukoll 4 Rekords Nazzjonali u 5 Rekords
Personali.

Il-powerlifting huwa sport li jikkonsisti fi 3 dixxiplini differenti: squat, bench u deadlift. Ir-rebbieħa
jkunu l-atleti li jirreġistraw l-akbar total fil-kategorija tal-piż tagħhom. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Powerlifting tixtieq tifraħ lill-kontinġent Malti għax-xogħol iebes, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju tagħhom.

Fil-ġranet li ġejjin, l-Assoċjazzjoni qed tipprepara biex torganizza ‘Iron Island’ bejn is-26 u s-27
ta’ Settembru. Din se tkun l-akbar kompetizzjoni organizzata mill-Assoċjazzjoni sal-lum, u se
timmarka wkoll l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tal-powerlifting li qatt ġiet ospitata mill-MPA
f’Malta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport