Il-BCA toħroġ multi b’rabta mal-każ  ta’ żvilupp ta’ arja fuq blokka mibnija fil-Mellieħa

Aqra wkoll

B’rabta mal-filmat jiċċirkola fil-midja dwar każ ta’ żvilupp ta’ arja fuq blokka mibnija fil-Mellieħa, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) xtaqet tiċċara li wettqet spezzjonijiet fl-aħħar xhur fis-sit imsemmi fejn ingħataw struzzjonijiet ċari lill-iżviluppatur rigward materjal li kellu jitneħħa mill-komun.

Il-BCA qalet dan permezz ta’ messaġġ fuqq il-mezzi soċjali fejn spjegat li minnufih mal-ilment mit-terzi affettwati fl-aħħar jiem, uffiċjali tal-BCA reġgħu marru fuq is-sit fejn innutat li mhux biss reġa’ tħalla materjal fil-komun, iżda li kien hemm nuqqas t’osservazzjoni mill-iżviluppatur rigward l-ilqugħ mill-ilmijiet fl-aperturi.

Il-BCA għal darba oħra ħarġet multi fl-immedjat b’rabta ma’ dawn l-irregolaritajiet u ordnat li sal-lum stess jitneħħa l-materjal li hemm fil-komun, jingħalaqu l-aperturi kollha u jsir it-tindif neċessarju.

Il-BCA tfakkar dwar l-importanza tal-Helpline 138 għal dak kollu relatat mas-Saħħa u s-Sigurtà u l-Kostruzzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport