Endrick qed jikkunsidra li jħalli lil Real Madrid f’Jannar sabiex ikollu aktar opportunitajiet jilgħab regolarment. L-attakkant Brażiljan ta’ 20 sena kellu biss madwar 140 minuta f’seba’ dehriet dan l-istaġun u stqarr li jixtieq jieħu deċiżjoni li tkun fl-aħjar interess tal-karriera tiegħu.
Il-player kellu esperjenza pożittiva ma’ Lyon fit-tieni parti tal-istaġun li għadda, fejn skorja tmien gowls u pprovda tmien assists f’21 partita.
Roma u Sporting Lisbon huma fost il-clubs interessati fis-servizzi tiegħu, bi Sporting diġà għamlu kuntatti preliminari. Minkejja l-interess minn clubs oħra, Endrick għadu ma ħax deċiżjoni dwar il-futur tiegħu, iżda qed ifittex aktar kontinwità u ħin fil-ground.




