Wednesday, November 11, 2026
Home Sport Borussia Dortmund jikkunsidraw azzjoni legali kontra l-grupp “Ballers in God”

Borussia Dortmund jikkunsidraw azzjoni legali kontra l-grupp “Ballers in God”

0
22

Borussia Dortmund qed jikkunsidraw azzjoni legali kontra l-grupp reliġjuż “Ballers in God” talli qed juża l-immaġni ta’ Felix Nmecha fil-kampanji tiegħu fuq il-midja soċjali.

Il-kontroversja nqalgħet wara li l-midfielder Ġermaniż iċċelebra żewġ goals b’ġest marbut mal-kampanja “The King’s Return”, li hija assoċjata ma’ dan in-network evanġeliku.

Il-club esprima t-tħassib tiegħu dwar l-użu tal-immaġni tal-players u talab lil Nmecha biex ma jirrepetix din iċ-ċelebrazzjoni.

Il-grupp ġie kkritikat ukoll minħabba dikjarazzjonijiet kontroversjali dwar l-omosesswalità u l-abort. Nmecha ddefenda l-ġest tiegħu, u sostna li kien espressjoni personali tal-fidi Nisranija tiegħu. 

Intant, Jurgen Klopp u Rudi Voeller tkellmu miegħu dwar il-kwistjoni u esprimew l-appoġġ tagħhom, filwaqt li enfasizzaw l-importanza li jifhem il-kontroversja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here