Liverpool qed iħejju offerta ġdida biex jestendu l-kuntratt tal-midfielder Arġentin Alexis Mac Allister, li jiskadi fis-sajf tal-2028. Il-club mistenni jibda taħditiet mal-player ta’ 27 sena, hekk kif hemm interess fis-servizzi tiegħu minn Manchester City u Atletico Madrid.
Mac Allister kien esprima d-diżappunt tiegħu f’Settembru talli ma kienx irċieva offerta ġdida, speċjalment wara li Dominik Szoboszlai u Ryan Gravenberch iffirmaw kuntratti mġedda.
Madankollu, il-wirjiet pożittivi tiegħu reġgħu saħħew il-pożizzjoni tiegħu, fosthom il-goal fir-rebħa ta’ 3-1 kontra Crystal Palace.
L-eks captain ta’ Liverpool, Steven Gerrard, ukoll appella biex Liverpool joffrulu kuntratt ġdid. Għalkemm għad m’hemmx ftehim uffiċjali, il-club irid jiżgura l-futur tiegħu f’Anfield.




