… dan meta mqabbel mas-sena 2023
Waqt laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), Enemalta enfasizzat l-importanza ta’ djalogu u konsultazzjoni kontinwa ma’ l-imsieħba soċjali hekk kif aġġornat lill-membri dwar il-progress tal-programm ta’ investiment tagħha biex ikompli jissaħħaħ in-network tal-elettriku tal-pajjiż. Matul il-laqgħa, Enemalta ħabbret li naqqset il-ħin ta’ qtugħ fil-provvista fuq in-network tal-elettriku tal-vultaġġ medju tagħha b’madwar 76% meta mqabbel mal-2023, minkejja żieda sinifikanti fid-domanda għall-elettriku. Dan filwaqt li l-kumpanija qed tkompli twettaq wieħed mill-akbar programmi ta’ investiment fin-network tad-distribuzzjoni talelettriku ta’ Malta f’dawn l-aħħar snin. Enemalta spjegat ukoll kif il-programm ta’ investiment tagħha ta’ €141 miljun (2023– 2026) qed isaħħaħ l-infrastruttura tal-elettriku tal-pajjiż, iżid il-kapaċità tan-network u jipprepara lil Malta għad-domanda futura tal-enerġija, l-elettrifikazzjoni, l-enerġija rinnovabbli, it-tkabbir industrijali u proġetti nazzjonali ewlenin. Dwar il-programm ta’ investiment, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, l-Inġ. Ryan Fava, qal li l-kumpanija qed tinvesti mhux biss biex tlaħħaq mad-domanda tal-lum, iżda wkoll biex tibni n-network tal-elettriku li Malta se jkollha bżonn fis-snin li ġejjin.
“Ir-riżultati li qed naraw illum jikkonfermaw li l-investiment qabel ma tiżdied id-domanda qed iġib benefiċċji konkreti. Minkejja żieda sostanzjali fil-konsum tal-elettriku matul dawn l-aħħar tliet snin, irnexxielna nnaqqsu l-ħin ta’ qtugħ fil-provvista fuq in-network tal-vultaġġ medju b’madwar 76% meta mqabbel mal-2023. Dan juri li l-investimenti strateġiċi fl-infrastruttura tagħna qed iwasslu għal network tal-elettriku aktar affidabbli u reżiljenti.” “Fl-istess ħin, qed nagħtu saħansitra aktar importanza u qed nintensifikaw il-ħidma fuq in-network tal-vultaġġ baxx, peress li din hija l-parti tas-sistema li sservi direttament liddjar u n-negozji. Qiegħdin insaħħu kemm in-network tal-vultaġġ medju kif ukoll dawk talvultaġġ baxx b’mod parallel, qed intejbu l-affidabbiltà tas-servizz filwaqt li nippreparaw il-grid għall-ħtiġijiet tal-enerġija tal-futur ta’ Malta.” “Il-ħidma tagħna ma tieqafx hawn. Id-domanda ta’ l-elettriku f’Malta se tkompli tikber hekk kif il-pajjiż javvanza fl-elettrifikazzjoni, enerġija rinnovabbli u żvilupp ekonomiku. Għalhekk qed nibnu network li huwa lest mhux biss għall-ħtiġijiet tal-lum, iżda wkoll għall-opportunitajiet u l-isfidi tal-għaxar snin li ġejjin.”
Mill-2023 ’l hawn, Enemalta lestiet 190 substation ġdida f’Malta u 18 oħra f’Għawdex, aġġornat aktar minn 260 transformer, issostitwiet aktar minn 120 switchgear unit, installat 875 feeder ġdid tal-vultaġġ baxx u qiegħdet aktar minn 270 kilometru ta’ cables tal-vultaġġ medju. Tlestew ukoll xogħlijiet estensivi f’ċentri ewlenin tad-distribuzzjoni fosthom dawk talMosta, Ħal Kirkop, Buġibba u San Andrija. Fl-istess waqt, iċ-ċentri ġodda taddistribuzzjoni fis-Siġġiewi, l-Imsida u n-Naxxar jinsabu fl-aħħar fażi tat-testijiet u mistennija jidħlu fis-servizz fil-ġimgħat li ġejjin. Flimkien ma’ dawn l-investimenti strateġiċi, il-kumpanija intensifikat ukoll il-ħidma fuq in-network tal-vultaġġ baxx biex tkompli ttejjeb il-kwalità u l-affidabbiltà tal-provvista talelettriku mogħtija direttament lid-djar u n-negozji. L-impatt ta’ dawn l-investimenti diġà qed jidher biċ-ċar. Id-domanda żdiedet minn 663MW f’Lulju 2023 għal 741MW f’Lulju 2026. Minkejja dan, il-ħin ta’ qtugħ fil-provvista fuq in-network ta’ vultaġġ medju naqas b’76%. Dawn ir-riżultati juru li n-network illum qed iġorr ammont sostanzjalment akbar ta’ elettriku filwaqt li qed jipprovdi servizz aktar affidabbli lill-klijenti madwar Malta u Għawdex. B’ħarsa lejn il-futur, l-Enemalta qed tkompli taħdem fuq programm ieħor ta’ proġetti infrastrutturali strateġiċi li jinkludi ċentri ġodda u aġġornati tad-distribuzzjoni madwar Malta, investimenti kbar fil-konnessjoni tal-elettriku bejn Malta u Għawdex, kif ukoll tisħiħ ulterjuri tan-netwerk biex jappoġġja t-tkabbir ekonomiku fit-tul, l-elettrifikazzjoni u t-tranżizzjoni lejn enerġija aktar nadifa. Dan il-programm ta’ investiment huwa parti mill-istrateġija fit-tul tal-Enemalta biex tibni netwerk tal-elettriku aktar b’saħħtu, aktar reżiljenti u mħejji għall-futur, kapaċi jissodisfa l-ħtiġijiet enerġetiċi li dejjem qed jevolvu fil-pajjiż u jappoġġja tkabbir ekonomiku sostenibbli għas-snin li ġejjin.

