Is-66 Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Films tal-Malta Cine Circle

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Organizzata mill-Malta Cine Circle, il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Films din is-sena laħqet is-66 edizzjoni tagħha. Dan jagħmilha l-itwal kompetizzjoni tal-films li ilha għaddejja f’Malta u waħda mill-aktar antiki tat-tip tagħha fl-Ewropa u madwar id-dinja.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-produzzjonijiet parteċipanti kienu ppreżentati lill-ġurija magħmula minn Edgar Ciancio, Paul Camilleri u Tony Parnis, u dawn huma r-riżultati uffiċjali:

L-Aqwa Produzzjoni: Wild Lands, produzzjoni ta’ Randall Degabriele;

Premju għaċ-Ċinematografija: Malcolm Camilleri għall-film No Heaven for Us;

Premju għad-Direzzjoni: Clifford Xuereb għall-film Love Struck;

Premju għall-Editjar: Randall Degabriele għall-film No Heaven for Us;

Premju għall-Awdjo: Fabrizio Fenech għall-film Unur, Fama u Glorja;

Premju għall-Kitba tal-Iskript: Randall Degabriele għall-film Wild Lands;

Premju għall-Aqwa Attur Maskili: Lee Abela għar-rwol tiegħu fil-film Branch of a Tree;

Premju għall-Aqwa Prestazzjoni Femminili: Thea Costa għar-rwol tagħha fil-film Branch of a Tree; u 

l-Premju Speċjali tal-Ġurija għal Dokumentarju: Oceans Odyssey minn Roy Davidson.

Il-wiri tal-films rebbieħa u l-preżentazzjoni tal-premjijiet se jsiru nhar is-Sibt, 8 ta’ Awwissu 2026 fis-7.30pm fl-Amphitheatre Hall, Marriott Hotel, Balluta, San Ġiljan.

Wieħed jista’ jirriserva post fis-sala billi jibgħat email lil [email protected] jew iċempel 9946 0866. Is-serata hi miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas, basta wieħed jirriserva minn qabel.

Ritratt 1: Xena mill-film Wild Lands, rebbieħ għall-Aqwa Produzzjoni

Ritratt 2: Lee Abela, ir-rebbieħ għall-Aqwa Prestazzjoni Maskili

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport